Is-Sindku ta’ Crotone, fejn waslu Juventus għal-logħba tal-lejla mis-Serie A, esprima s-sodisfazzjoni tiegħu li l-belt antika li jmexxi, qed tilqa’ liċ-champions tal-Italja.

“Li ssemmi lil Crotone u Juventus fl-istess sentenza, itik sens ta’ sodisfazzjon kbir. Ċerti li se tkun serata li ma tintesiex u Crotone, permezz tal-plejers u l-pubbliku, se tirrispondi bl-aħjar mod,” iddikjara Ugo Pugliese.

Kompla: “Li nilqgħu lil Juventus fl-ogħla kampjonat Taljan ifisser li lħaqna l-quċċata tal-istorja sportiva tagħha. Dan kollu grazzi għas-soċjetà u l-partitarji.”

Din se tkun l-ewwel darba f’għaxar snin li Juventus jilagħbu fil-Calabria. Fid-19 ta’ Settembru 2006, fil-logħba tas-Serie B, Juventus kienu ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 3-0.

Sors: Sky

dical-banner-1200×280