Il-fatt li l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ Juventus, Antonio Conte, kien f’Turin jara l-logħba mirbuħa minn Juventus kontra Inter, qanqal diversi suspetti. Fost l-oħrajn kien hemm min ħaseb li l-kowċ ta’ Chelsea mar josserva lil Juan Cuadrado jew saħansitra lil Paulo Dybala.
Din l-ipoteżi tal-aħħar ħadet iktar ħajja meta Conte ħalla l-Istadium fil-mument tas-sostituzzjoni ta’ Dybala.
Iżda f’konferenza tal-aħbarijiet qabel il-partita kontra Burnley, il-kowċ Taljan spjega l-preżenza tiegħu fid-Derby d’Italia hekk: “Mort biss biex niddeverti u nirrilassa wara ġimgħa ferm impenjattiva, biex insegwi logħba fi grawnd li naf tajjeb ħafna.”
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment