Id-difensur ta’ Juventus Dani Alves hu meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers eċċitanti fid-dinja skont studju ppubblikat min-Nissan Excitement Index.
Dan l-indiċi jikkalkula l-livell ta’ eċċitament li l-ispettaturi jkollhom waqt prestazzjoni ta’ plejers partikolari, f’dan il-każ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ logħob taċ-Champions League.
Fiċ-Champions League, Dani Alves hu l-iktar right back li ħoloq azzjonijiet ta’ gowl (14) fil-fażi tal-gruppi.
Sors: Goal






