Il-ġurnalist ta’ Il Corriere dello Sport u opinjonist storiku fl-Italja, Mario Sconcerti, ta ħasla tajba lill-preżentaturi tal-programm Domenica Sportiva fuq Rai 2.
Wara kważi siegħa fejn ġiet diskussa l-logħba bejn Juventus u Inter, b’Zazzaroni, Tardelli u Cucchi bħala mistiedna, Sconcerti qal hekk: “Għaddiet ġimgħa u mill-ġdid qed niddiskutu għal 40 minuta sħaħ dwar logħba regolari, fejn forsi kien hemm penalty.”
Sconcerti hu rispettat u magħruf bħala bniedem serju, iżda l-kummenti tiegħu huma sorprendenti meta wieħed iqis li hu partitarju qawwi ta’ Fiorentina.
Fil-kollegament tiegħu Sconcerti kompla li “fl-Italja jiġru affarijiet ferm serji f’logħob oħra, imma ma nitkellmux dwar dan. U aħna għadna hawn nitkellmu dwar Juventus u Inter. Forsi hemm xi tip ta’ sudditanza fil-konfront ta’ Inter?”
Sors: Juventibus






