Luigi Riva, l-eks attakkant ta’ Cagliari u t-tim nazzjonali tal-Italja, tkellem dwar il-mument emozzjonanti fejn irċieva tgħanniqa sinċiera mingħand il-goalkeeper Gianluigi Buffon.
“Kienet serata emozzjonanti. L-iktar emozzjonanti kienet it-tgħanniqa ta’ Gigi Buffon. Bniedem tad-deheb, raġel ta’ vera. Għannaqni daqslikieku konna aħwa li kien ilna ma naraw lil xulxin għal snin sħaħ,” qal Riva.
Kompla li “bil-ġest tiegħu fakkarni fir-rispett li kien hemm bejnietna meta jien kont diriġent tan-nazzjonal, u hu l-goalkeeper li mid-debutt tiegħu sar l-aqwa fid-dinja.”
Dakinhar tal-logħba bejn Cagliari u Juventus, Riva ngħata l-unur Collare d’Oro.
Sors: La Nuova Sardegna






