Fabio Capello, meqjus bħala wieħed mill-aqwa kowċis li ra l-futbol fl-aħħar snin, iddeskriva lill-attakkant ta’ Juventus Mario Mandžukić bħala eżempju tal-futbol modern.
“Il-formazzjonijiet differenti m’għadomx bżonjużi fil-futbol. Il-futbol modern hu li tilgħab 9-1, bis-sagrifiċċju ta’ Mario Mandžukić li hu l-eżempju għal kulħadd. Allegri għamel biċċa xogħol tajba u fl-Italja qed jiddomina,” qal Capello.
Madankollu, stqarr li, minkejja li bix-xogħol tiegħu Massimiliano Allegri bena skwadra perikoluża ħafna, Fabio Capello qal li mhux ċert li fl-Ewropa dan se jkun biżżejjed.
Sors: Il Giornale
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






