Juventus ilhom 36 logħba mingħajr draw, u jekk jirreġistraw rebħa jew telfa kontra Palermo, l-iskwadra tirreġistra t-tieni post assolut fl-itwal mixja mingħajr draws f’logħob konsekuttivi.

Dan hekk kif bħalissa Juventus qed jaqsmu din il-pożizzjoni ma’ Osasuna, li bejn l-1935 u l-1953 irreġistraw l-istess ammont ta’ rebħ jew telf konsekuttiv fil-La Liga.

Fl-ewwel post hemm Aston Villa, b’51 logħba mingħajr draw bejn l-1891 u l-1892.

L-aħħar draw irreġistrat minn Juventus seħħ fid-19 ta’ Frar tal-2015, meta dakinhar kien reġistrat draw ta’ 0-0 kontra Bologna. Minn dakinhar, kien hemm 31 rebħa u 5 telfiet.

Sors: Il Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280