Problema dejjem ikbar fl-Italja, hekk kif waqt li Juventus Stadium ikompli jirreġistra sold out wara l-ieħor, fil-pajjiż l-attendenza fil-grawnds tibqa’ tonqos.
Studju li sar mill-Università Cattolica di Milano juri kif fil-Ġermanja u l-Ingilterra, fl-ewwel fażi tal-kampjonat kienu reġistrati ċifri ta’ 90% ta’ grawnds sold out. Għall-kuntrarju, fl-Italja ċ-ċifra tonqos għal 55% ta’ seats okkupati fil-kampjonat.
Fil-fażi ta’ ritorn il-bilanċ hu agħar, fejn minn medja ta’ spettaturi ta’ 21,457, l-ammont jonqos għall-inqas livell fil-jum tad-derby bejn Juventus u Inter, b’medja ta’ 19,362 spettatur.
Sors: Focus in Media
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






