Wara l-umiljazzjoni ta’ Barcelona taħt idejn PSG fiċ-Champions League, Arrigo Sacchi qal li issa hu ċ-ċans li Juventus jimlew il-vojt li tħalla mill-klabb Spanjol.

“Ir-Re Barcelona issa miet. Real Madrid mistennija jibdew jiddominaw imma issa hemm spazju vojt għal klabb ieħor. Nemmen li Juventus perfetti biex jimlew dak il-vojt,” qal Sacchi.

Sacchi qal li Juventus hu klabb b’saħħtu b’ideat ċari. Il-kowċ Massimiliano Allegri hu kapaċi, intelliġenti u effiċjenti bi plejers għad-dispożizzjoni tiegħu li kapaċi jinterpretaw tajjeb l-istruzzjonijiet li jingħataw.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280