Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci mhu se jaqla’ l-ebda multa mingħand Juventus wara li ġew iċċarati l-affarijiet bejnu u bejn id-diriġenza tal-klabb.

Dan wara li fil-logħba kontra Palermo, Bonucci resaq lejn il-kowċ ta’ Juventus u b’ton determinat tah ordni biex jibdel lil Claudio Marchisio u meta ma qablux saħansitra bagħtu jixxejjer.

Bejn Bonucci u Allegri saret laqgħa fejn ġew iċċarati l-affarijiet, waqt li saret laqgħa oħra mid-diriġenti tal-klabb, fejn il-plejer talab skuża għal għemilu.

Allegri, wara l-logħba kontra Palermo, iddikjara li hu ma setax jagħmel iżjed sostituzzjonijiet għax l-għażliet tiegħu kienu sfurzati minħabba li plejers oħra kienu għajjiena ħafna. “Ma kontx naf li Marchisio kellu bżonn jinbidel. Bejni u bejn Bonucci kien hemm biss nuqqas ta’ ftehim.”

Is-soċjetà ħasset li jkun iktar għaqli li tinżamm għolja l-konċentrazzjoni tal-iskwadra f’mument fejn qed tiżdied it-tensjoni waqt li toqrob il-logħba kontra Porto.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280