L-Imħallef Carlo Porceddu, li nħatar diriġent tal-FIGC, iddikjara li kien żball kbir li l-kampjonat tal-2006 ttieħed lil Juventus biex ġie assenjat lil Inter.

“Kien żball gravissimu. Bħala Qorti Federali konna llimitajna s-sanzjonijiet fil-konfront ta’ Juventus, u ma ordnajniex it-teħid ta’ dak il-kampjonat għaliex ma kienx hemm elementi suffiċjenti,” iddikjara Porceddu.

Kompla li, madankollu, “Il-Kummissarju Straordinarju tal-FIGC, Guido Rossi, kien ħatar grupp minn sħabu, li wieħed minnhom kien fil-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ Inter, u ddeċidew li l-kampjonat jittieħed lil Juventus u jingħata lil Inter.”

Matul il-karriera tiegħu, Porceddu okkupa karigi importanti fl-Uffiċċju tal-Investigazzjonijiet u kien ukoll Prokuratur Federali bejn l-1998 u l-2001.

Sors: L’Unione Sarda

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
 
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280