Zlatan Ibrahimović iddikjara li ma’ Juventus tgħallem jilgħab aħjar il-futbol, speċjalment għaliex il-kowċ Fabio Capello għallem jixxuttja lil dak li llum sar wieħed mill-aqwa attakkanti fid-dinja.

“Malli wasal ma’ Juventus, Ibrahimović ma kienx jaf jixxuttja. Kien jixxuttja ħażin ħafna. Rajt fih ix-xewqa li jsir l-aqwa, u allura ordnajtlu jibda jitħarreġ ix-xuttijiet,” stqarr Capello.

Capello, li kien innota lil Zlatan meta kien ma’ Roma u talab li jingħaqad miegħu ma’ Juventus, kompla li “minn dakinhar qabad jitħarreġ bis-serjetà tant li sar tajjeb mhux biss biex jixxuttja, imma saħansitra sar jagħti l-freekicks u penalties.”

Ibrahimović ikkonferma dan u rringrazzja lil Don Fabio, il-persuna li skont hu bidillu l-mod kif jilgħab.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280