F’intervista għall-website tal-Uefa, Leonardo Bonucci tkellem fuq il-partita li jmisshom Juventus kontra Porto fil-Uefa Champions League fejn sostna li Juventus iridu jkunu fl-aqwa tagħhom biex ikunu jistgħu jirbħu lil Porto li dawn tal-aħħar żgur li m’għandhom xejn x’jitilfu.
“Forsi vera Porto mhumiex fost l-aħjar timijiet fost dawk li spiċċaw fit-tieni post tal-grupp tagħhom però xorta waħda rridu nirrispettawhom. Huma bdew l-istaġun ħażin però preżentement għaddejjin minn fażi tajba ħafna u għandhom plejers żgħażagħ b’talent tajjeb ħafna u kontrina m’għandhom xejn x’jitilfu. B’hekk irridu nkunu fl-aqwa tagħna jekk irridu wkoll navvanzaw sal-aħħar f’din il-kompetizzjoni.”
Leonardo Bonucci tkellem ukoll dwar il-preparazzjoni tal-iskwadra taħt il-gwida ta’ Massimiliano Allegri.
“Allegri huwa kowċ li jħobb jitkellem u għandu l-kapaċità li joħroġ il-potenzjal tal-plejer billi jikkomunika miegħu. F’ċertu mumenti huwa jaf kif joħrog l-għatx u l-intensità mentali li għal ħafna drabi wera kif joħroġhom. Fl-aħħar sibna formazzjoni li għenitna noħorgu iktar il-kapaċitajiet tagħna għaliex qed nilagħbu iktar bi stil Ewropew. Allegri ħaqqu l-mertu kollu talli sab din is-sistema biex nużawha u qed tagħti l-frott.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment