F’intervista għall-istazzjon uffiċjali ta’ Juventus, id-difensur xellugi Alex Sandro sostna li jinsbu konxji mill-qawwa ta’ Porto speċjalment ġewwa darhom u tkellem ukoll kif qed iħossu fir-ritorn tiegħu ġewwa l-Estádio do Dragão.
“Jekk hemm xi haġa li trid tkun taf fuq Porto hija li jibqgħu jiġġieldu u jissieltu sal-aħħar sekondi tal-logħba. Huwa tim li qatt mhu ħa jtik logħba faċli speċjalment f’darhom. Jien għad għandi ħafna ħbieb hemmhekk u personalment nixtieqhom jirbħu l-kampjonat dan l-istaġun. Ma’ Porto tgħallimt kif nilgħab il-logħba bi stil Ewropew però issa ninsab iffukat li nirbaħ il-logħba bil-flokk ta’ Juventus.”
Alex Sandro fl-aħħar tkellem fuq l-esperjenza tiegħu meta kien tifel ġewwa l-Brażil u issa fl-avventura tiegħu ma’ Juventus.
“Kull tifel fil-Brażil jitwieled bil-ballun f’saqajh. Meta bdejt nilgħab ma’ Paranaense, lgħabt fil-pożizzjoni tax-xellug però lgħabt ukoll fil-midfield. L-ewwel gowl tiegħi kien bil-flokk iswed u abjad però mhux dak ta’ Juventus. Il-mument li ġejt ma’ Juventus kien fundamentali fil-karriera tiegħi.”
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment