Għall-partita ta’ għada kontra Porto, Leonardo Bonucci jista’ jkun li jara l-logħba mill-istands wara li Allegri jista’ jiddeċiedi li jagħmel hekk biex jagħti tagħlima wara l-argument li kellhom bejniethom fl-aħħar logħba kontra Palermo.
Jidher li d-diriġenti qablu ma’ din id-deċiżjoni iżda huma se jħallu l-aħħar deċiżjoni f’idejn Allegri.
Illejla mistennija konferenza stampa ta’ Allegri li żgur se jkun mistoqsi fuq din il-kwistjoni. Bonucci se jkun qed jivvjaġġa mal-iskwadra u hemm ottimiżmu wkoll li Chiellini u Barzagli se jkunu eliġibbli għal din il-partita.
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment