Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ddikjara li minn jeddu se joffri donazzjoni għall-karità wara dak li seħħ bejnu u bejn id-difensur Leonardo Bonucci.
Kien lejn tmiem il-logħba bejn Juventus u Palermo li Bonucci avviċina lil Allegri u ordnalu jbiddel lil Claudio Marchisio li deher għajjien.
Hawn żviluppa argument fejn kien hemm ukoll xi kliem qawwi bejn iż-żewġ naħat, b’Juventus li għażlu li jissospendu lil Bonucci mil-logħba kontra Porto.
Waqt li s-soċjetà ma ddixxiplinatx lil Allegri, dan tal-aħħar għażel li hu wkoll ikun ta’ eżempju u joffri donazzjoni għall-karità biex fl-istess waqt jiskuża ruħu mal-partitarji u l-kumplament tal-iskwadra.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.






