L-attakant eks Napoli Gonzalo Higuaín tkellem fuq il-kompatrijott tiegħu fit-tim ta’ Juventus Paulo Dybala fejn sostna li jista’ jkun fost l-aqwa plejers fid-dinja u jinsab kuntent li qed jilgħab fl-istess tim miegħu.
“Dybala jaqra l-logħba perfettament. Għalkemm għadu żgħir xorta waħda jara kif jintlgħab il-futbol kif jarawh l-aqwa plejers. Jien niddejjaq nagħmel paraguni però Dybala bix-xieraq li jsir Dybala, xi ħadd li għandu l-kapaċitajiet li jsir fost l-aqwa fid-dinja.”
“Ir-raba’ gowl kontra Palermo kien xi ħaga li juri kemm inħobbu nilgħabu flimkien. Kif avvanzajt bil-ballun indunajt li kien hemm Dybala qed javvanza u kif rajtu b’mod intelliġenti qassamtlu u skurjajna r-raba’ gowl.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment