Il-midfielder ta’ Juventus Miralem Pjanić tkellem f’intervista wara l-partita fejn tenna li Juventus kienu paċenzjużi ħafna fil-partita kontra Porto però finalment kienu ppremjati talli baqgħu kalmi fil-logħob tagħhom.

“Fl-ewwel taqsima kkontrollajna tajjeb però Porto ppressawna ħafna. Konna nafu x’tip ta’ tim huma Porto. Fit-tieni taqsima ġibniehom f’sitwazzjoni li bdew jiġru ħafna wara l-ballun filwaqt li aħna bqajna kalmi u konna fiduċjużi li se niskurjaw.”

“Din kienet rebħa importanti u meritata speċjalment meta tqis li kienet diffiċli ħafna. Wara t-tkeċċija Porto ntefgħu bil-plejers kollha jiddefendu u mhux faċli li toħloq l-azzjonijiet bi ftit spazji iżda bqajna konċentrati u ġejna ppremjati b’żewġ gowls.”

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280