L-eks difensur ta’ Roma jemmen li Luciano Spalletti se jħalli lil Roma fi tmiem l-istaġun għaliex jaf li s-soċjetà laħqet il-massimu tagħha.

“Nemmen li Spalletti fehem li A.S. Roma mhix kapaċi tagħmel il-qabża ta’ kwalità li hemm bżonn biex tikkompeti verament ma’ Juventus,” iddikjara Petruzzi.

Kompla li “Spalletti hu deluż ħafna mill-atteġġjament tas-soċjetà minkejja li hu qed jagħmel xogħol tal-ġenn, u nemmen li kapaċi jirbaħ l-Europa League.”

Sors: Centro Suono Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280