Ftit ġimgħat ilu Max Allegri ddeċieda li jibdel is-sistema u l-formazzjoni għat-tim tiegħu. Huwa beda juża l-formazzjoni ta’ 4-2-3-1.

Ħafna kienu xettiċi dwar dan il-bdil però ħafna esprimew is-sodisfazzjon għax kienet se tkun formazzjoni fejn se naraw lil Juventus ħafna iktar offensivi.

Din il-formazzjoni s’issa ħalliet il-frott għax fl-aħħar 8 logħbiet minn meta bdiet tintuża din il-formazzjoni, Juventus rebħu t-tmien logħbiet kollha f’kull kompetizzjoni. L-aħħar 8 logħbiet bil-4-2-3-1 kienu:

Juventus 2-0 Lazio (Serie A)
Juventus 2-1 Milan (Coppa Italia)
Sassuolo 0-2 Juventus (Serie A)
Juventus 1-0 Inter (Serie A)
Crotone 0-2 Juventus (Serie A)
Cagliari 0-2 Juventus (Serie A)
Juventus 4-1 Palermo (Serie A)
Porto 0-2 Juventus (Champions League)

Dawn it-tip ta’ riżultati juru kemm din il-formazzjoni hija offensiva. F’dawn it-tmien logħbiet Juventus skurjaw 17-il gowl u sofrew 2 gowls biss. Żgur li sakemm jibqgħu ġejjin ir-riżultati se tibqa’ tinżamm din il-formazzjoni. Allegri ħaqqu l-mertu kollu tal-kuraġġ li wera biex ibiddel u jaqleb għal din il-formazzjoni.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280