Juventus, li jafu li l-isfida ta’ Napoli f’nofs il-ġimgħa d-dieħla hi ferm iktar importanti minn dik ta’ Empoli, mistennija jagħmlu bidla drastika mill-plejers li lagħbu kontra Porto.
L-istess Massimiliano Allegri kkonferma li se jkun hemm tibdil, inkluż Neto minflok Buffon, Pjaca fl-attakk minflok Higuaín u Marchisio li għandu jibda mill-bidu biex ikompli jikseb ħin ta’ logħob wara l-injury li sofra xhur ilu.
Fid-difiża mistennija bidla oħra, b’Rugani u Bonucci minflok Chiellini u Barzagli. Jgħaqqdu l-iskwadra Dani Alves, Asamoah, Pjanić, Dybala u Mandžukić.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.






