Prattikament l-eks kowċ ta’ Leicester Claudio Ranieri tkellem għall-ewwel darba wara li ġie mkeċċi mid-diriġenti ta’ Leicester il-Ġimgħa filgħaxija, disa’ xhur wara li Leicester wettqu ħolma sabiħa bir-rebħ tal-Kampjonat Ingliż.
“Ilbieraħ il-ħolma tiegħi ntemmet ħesrem. Wara l-ħafna entużjażmu tal-aħħar staġun fejn sirna Champions, kulma ħlomt kien li nibqa’ ma’ Leicester però dan ma kienx il-każ. Nixtieq pubblikament nirringrazzja lil marti Rosanna u lil familti kollha tas-sapport kontinwu li dejjem tawni fiż-żmien li għamilt ma’ Leicester.
Nixtieq nirringrazzja l-iktar lit-tim ta’ Leicester għall-avventura straordinarja li kellna flimkien u li se tibqa’ tgħix miegħi għal dejjem. Ħadd ma’ jista’ joħdilna lura dak li ksibna flimkien u nispera li meta tiftakru f’dak il-mument iġibilkom tbissima.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment