Juventus mistennija jtiru lejn l-Istati Uniti għal turnew kontra Barcelona, Real Madrid u Manchester United, li se tfisser ukoll li se jkun hemm El Clásico.
Din l-aħbar għad ma tħabbritx b’mod uffiċjali, iżda stazzjonijiet tal-aħbarijiet ta’ reputazzjoni fi Spanja qed jgħidu li l-logħob jifforma parti mill-International Champions Cup bejn it-22 u d-29 ta’ Lulju.
Sors: RAC1
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






