Il-leġġendi ta’ Juventus, Moreno Torricelli u Gianluca Pessotto stqarrew b’sorpriża dwar l-iżvilupp inkredibbli ta’ Daniele Rugani.

“Jien u Pessotto konna qed ngħidu kemm tjieb Rugani,” qal Torricelli, li flimkien ma’ Pessotto segwew il-logħba b’mod dirett mill-Juventus Stadium.

Torricelli kompla li “Rugani tjieb ħafna fil-pussess tal-ballun, waqt li fid-difiża dejjem kien plejer kbir, trankwill, li jiddetta l-logħob. Juri li hu intelliġenti ħafna, u jibqa’ umli, stenna l-mument tiegħu u ħataf l-okkażjoni.”

Sors: JTV

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280