Massimiliano Allegri qed jivvaluta l-kundizzjoni tal-attakkanti Paulo Dybala u Mario Mandžukić qabel il-finali tal-Coppa Italia ta’ għada.

Id-deċiżjoni dwar iż-żewġ plejers mistennija tittieħed illejla, bil-kowċ ta’ Juventus li jrid joqgħod attent li ma jgħaġġilx ir-ritorn tal-plejers biex ma jirriskjax li jitlifhom mill-ġdid u fit-tul.

Madankollu, hemm ottimiżu li t-tnejn li huma se jilħqu jirkupraw u jkunu f’kundizzjoni tajba.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280