L-attakkant Arġentin Paulo Dybala kellu jinbidel fil-logħba kontra Pescara wara daħla deċiżiva minn Sulley Muntari.

Hu deher izappap wara li talab li jinbidel, waqt li bilqiegħda ħdejn is-sostituti kellu jżomm borża bis-silġ fuq l-għaksa. Fi tmiem il-logħba ħareġ mingħajr għajnuna.

Fi tmiem il-logħba, il-kowċ Massimiliano Allegri qal li l-plejer għandu tbenġila wara li lewa l-għaksa. Għalkemm mhix injury serja, il-kundizzjoni tiegħu se tiġi evalwata fis-sigħat li ġejjin u hemm ċans tajjeb li jirkupra sal-logħba kontra Barcelona.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280