Juventus għamlu l-eżamijiet mediċi lil Sami Khedira, il-midfielder Ġermaniż ta’ Juventus li weġġa’ u kellu jinbidel fil-logħba kontra Monaco.
Fortunatament jidher li l-injury mhix waħda serja, bit-tobba jirrakomandawlu li jistrieħ għall-jiem li ġejjin.
Għad mhux magħruf kemm se jdum nieqes mill-azzjoni, għalkemm hu żgur li se jitlef il-logħba kontra Roma, u possibbilment il-finali tal-Coppa Italia kontra Lazio. Madankollu mistenni jirritorna fl-azzjoni u jkun tajjeb biex jilgħab fil-finali taċ-Champions League.
Sors: Twitter
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






