Wara li issa għadda s-siparju fuq it-Tazza tad-Dinja, l-attenzjoni tas-segwaċi tal-futbol terġa’ ddur fuq ix-xena domestika. Fil-konferenza stampa fejn ġie ppreżentat uffiċjalment, Cristiano Ronaldo kkonferma li se jibda t-taħriġ ma’ Juventus fit-30 ta’ Lulju.

Huwa mistenni jingħaqad ma’ Douglas Costa, Rodrigo Bentancur, Gonzalo Higuaín u Paulo Dybala li dawn mistennija jkunu għat-taħriġ propju fit-30 ta’ Lulju wkoll. Il-protagonisti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja Mario Mandžukić u Blaise Matuidi mistennija jkunu għat-tahriġ fl-1 ta’ Awwissu.

Bħala parti mill-pre-season, Juventus mistennija jilagħbu xi partiti ta’ ħbiberija ġewwa l-Istati Uniti iżda mal-iskwadra preżenti li qed tittrenja bħalissa, mistenni jingħaqdu magħhom biss Sami Khedira, Wojciech Szczęsny u Medhi Benatia.

L-ewwel sessjoni ta’ taħrig li mistenni jkun hemm il-plejers kollha għad-dispożizzjoni ta’ Massimiliano Allegri hija l-Erbgħa 8 ta’ Awwissu.

Sors: Romeo Agresti

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280