Il-klabb iħabbar li nieda skema ta’ vouchers li jistgħu jingħataw bħala rigal, kemm għall-Milied kif ukoll għal matul is-sena f’każ ta’ birthdays jew avvenimenti speċjali oħra.

M’hemmx irbit għal kemm wieħed jonfoq hekk kif il-Kumitat se jkun qed jieħu l-ordnijiet skont ix-xewqa ta’ min ikun interessat, bil-vouchers joħorġu fuq il-valur mixtieq.

Dawn il-vouchers imbagħad jintużaw għal kull servizz offrut mill-klabb, jiġifieri kemm għas-sħubija mal-klabb, biljetti jew tours, attivitajiet, merchandise jew kwalunkwe ħaġa oħra.

dical-banner-1200×280