Wara li qala’ daqqa wara l-oħra mingħand Sulley Muntari fil-logħba kontra Pescara, ilbieraħ l-attakkant Arġentin Paulo Dybala kellu jagħmel xi terapija.

Iżda fortunatament ma sofra xejn gravi, tant li jingħad li saħansitra jista’ jibda l-logħba ta’ ritorn kontra Barcelona, akkumpanjat minn Juan Cuadrado, Mario Mandžukić u Gonzalo Higuaín.

Dan hekk kif, jew illum jew għada, Dybala saħansitra jirritorna għat-taħriġ sħiħ ma’ sħabu. Il-plejer lanqas biss kellu bżonn ta’ eżamijiet mediċi.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280