Massimiliano Allegri jista’ jitbissem ftit sigħat qabel il-finali tal-Coppa Italia kontra Lazio.
Dan hekk kif jidher li kemm Mario Mandžukić kif ukoll Paulo Dybala rkupraw għalkollox mill-problemi fiżiċi li kellhom.
Fid-dawl ta’ dan, Allegri mistenni juża l-4-2-3-1 b’Neto fil-lasta, Andrea Barzagli, Leonardo Bonucci u Giorgio Chiellini fid-difiża u Alex Sandro u Dani Alves mal-linji.
Fil-midfield mistennija jilagħbu Claudio Marchisio u Tomás Rincón waqt li l-attakk aktarx ikun iffurmat minn Gonzalo Higuaín, Mario Mandžukić u Paulo Dybala.
Il-formazzjoni għadha mhix uffiċjali.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






