Aħbar mhux daqstant feliċi għal Max Allegri hekk kif jidher li Giorgio Chiellini se jkollu jitlef il-partita li jmiss kontra Palermo u hemm ċans qawwi li se jkollu jabbanduna wkoll il-logħba kontra Porto.

Id-difensur kien kostrett jinbidel fit-tmintax-il minuta kontra Cagliari minħabba xi uġigħ li ħass. Fil-fatt, Chiellini ħalla l-grawnd minħabba problema muskolari fil-hamstring tax-xellug. Din il-problema tidher li se tħallih barra għall-partiti li ġejjin. Madankollu, għad iridu jsiru iżjed testijiet mediċi fil-jiem li ġejjin biex jagħtu stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-logħba tal-ewwel leg kontra Porto.

Li hu ċert huwa li Chiellini se jitlef il-partita kontra Palermo, u postu se jkun qiegħed jittieħed minn Benatia jew Rugani. S’issa dan tal-aħħar jidher li għandu vantaġġ fuq il-Marokkin.

Sors: Tuttosport; SportMediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280