Juventus jinsabu biss pass bogħod minn double storika, wara li llejla għelbu lil Milan fil-finali tal-Coppa Italia. B’hekk issa jonqos riżultat pożittiv mill-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat biex Juventus jiksbu wkoll is-seba’ kampjonat konsekuttiv.
Għal dan l-iskop, il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed jiżvela flokk ċelebrattiv speċjali li jikkommemora din id-double storika fl-Italja.
Għal din is-sena, il-klabb għażel li jiċċelebra d-double, minflok il-kampjonat, biex b’hekk jiċċelebra kisba storika u importanti ferm. Double li titnaqqax b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ Juventus.
Il-flokkijiet tad-double huma limitati ħafna, u l-Kumitat ma jistax jiggarantixxi li se joħroġ lott ieħor ladarba l-ewwel sett ta’ flokkijiet ikunu nbiegħu kollha. Għalhekk nappellaw lil kull min hu interessat biex jibbukkja wieħed bi ħlas sħiħ ta’ €15-il lil xi membru tal-Kumitat waqt il-logħob ta’ Juventus.