Il-logħba tat-2 t’April bejn Napoli u Juventus aktarx li tintlagħab mingħajr partitarji Juventini.
Waqt intervista, Antonio De lesu, il-Kap tal-Pulizija fil-Kwestura ta’ Napli, esprima t-tħassib tiegħu għar-riskji li ġġib magħha d-deċiżjoni li Juventini jżuru s-San Paolo.
“Nemmnu li jekk jitħallew jattendu l-partitarji Juventini, saħansitra nirriskjaw li jkollna nabbandunaw il-logħba minħabba r-riskji ta’ sigurtà,” iddikjara De lesu.
Sors: Radio Kiss Kiss Napoli
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






