Alessandro Birindelli, eks plejer ta’ Juventus, tkellem dwar ix-xnigħat li Massimiliano Allegri jista’ jħalli lil Juventus u minfloku jinħatar Luciano Spalletti.
Hu nnota li Spalletti spiss issemma ma’ Juventus iżda qatt ma nħolqot is-sitwazzjoni biex dan isir.
“Nemmen li din is-sena se tfisser ċaqliq kbir ta’ kowċis, imma ma nafx jekk Spalletti hux se jmur f’Turin. Inqisu bħala kowċ importanti, ippreparat, b’esperjenza internazzjonali u li jkun kapaċi jikkontrolla tajjeb skwadra bħal Juventus.”
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






