Jidher iktar minn qatt qabel improbabbli li Alessandro Del Piero se jirritorna ma’ Juventus, għallinqas fil-futur qrib. Dan hekk kif il-leġġenda ta’ Juventus qed jgħix ħajja ta’ lussu bla qies fl-Istati Uniti.
Biżżejjed wieħed jirrimarka li ADP10 riċentement xtara villa f’Bel Air, post rinomat mal-istilel ta’ Hollywood tant li fost il-ġirien tiegħu għandu lil Jack Nicholson, Sylvester Stallone, Jennifer Lopez u Rod Stewart.
Villa li jingħad li għandha valur ta’ €5.5 miljun, b’ħames kmamar tas-sodda, sitt kmamar tal-banju, sala taċ-ċinema, pixxina enormi u wkoll spa.
Riċentement fetaħ ukoll ristorant f’West Hollywood, fejn ħatar lix-chef rinomat Fabio Ugoletti biex imexxi l-kċina li toffri prodott Taljan ta’ livell superjuri.
Ta’ min isemmi wkoll li riċentement Del Piero, li jaħdem għal Sky Italia bħala opinjonista, sar ukoll wieħed mill-proprjetarji ta’ LA10 FC, klabb tal-United Premier Soccer League u wkoll sid ta’ tliet ADP10 Soccer Academies li jinsabu f’Los Angeles u New York.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com