Bħal kull sena, il-plejers ta’ kull tim ikunu l-ewwel nies li jippreżentaw il-kit għall-partitarji tagħhom. Fost il-plejers li kienu fil-preżentazzjoni tal-away kit ta’ Juventus kien hemm Alex Sandro.

Preżentement il-Brażiljan huwa fost l-iktar ismijiet popolari fis-suq tat-trasferimenti u meta rajtu f’wieħed mir-ritratti bl-away kit il-ġdid ftakart fi plejers passati li kienu bħalu u ftit wara ħallew il-klabb.

Fi preżentazzjonijiet passati kien hemm plejers bħal Arturo Vidal, Kingsley Coman, Alvaro Morata u Paul Pogba. Dawn kienu l-plejers li ftit wara li kienu ppreżentaw il-flokkijiet il-ġodda ta’ Juventus, kienu ħallew il-klabb.

Minħabba li Alex Sandro qiegħed fil-mira ta’ Chelsea, il-fatt li ppreżenta l-away kit il-ġdid ta’ Juventus hija aħbar tajba jew ħażina?

Sors: Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280