Wara r-rebħa li kisbu Juventus kontra Milan, Massimiliano Allegri daħal fil-lista tal-aktar tliet managers li rebħu logħbiet fit-tmum tal-klabb.
Fil-quċċata ta’ din il-lista hemm Giovanni Trapattoni bi 319-il rebħa u fit-tieni post hemm Marcello Lippi b’227 rebħa. Massimiliano Allegri issa jinsab fit-tielet post flimkien ma’ Carlo Parola. It-tnejn li huma kisbu 127 rebħa kull wieħed.
Sors: Juve Stats
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com