Id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Giuseppe Marotta, iddikjara li s-soċjetà m’għandha l-ebda problema, anzi kuntenta, li Massimiliano Allegri jibqa’ ma’ Juventus.
“Allegri għandu kuntratt sas-sena d-dieħla. Aħna kuntenti bih. Hu kuntent bina. Għalhekk nemmen li hemm il-presupposti kollha biex nimxu ’l quddiem flimkien u nkomplu nirbħu,” iddikjara Marotta.
Sors: Sportmediaset






