Il-poter ta’ Andrea Agnelli fix-xena tal-futbol Ewropew mistenni jkompli jiżdied.

Dan hekk kif il-President ta’ Juventus mistenni jieħu l-post battal ta’ Chairman tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Klabbs (ECA), hekk kif Karl-Heinz Rummenigge mhux se jitfa’ n-nomina għall-elezzjoni li jmiss.

Jekk jitfa’ n-nomina, Agnelli jkollu sfida diffiċli minn Josep Maria Bartomeu, President attwali ta’ Barcelona.

L-elezzjoni għall-ECA, li tirrappreżenta 220 klabb minn 53 assoċjazzjoni differenti, mistennija ssir fil-5 ta’ Settembru li ġej.

Sors: Il Mundo Deportivo

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280