Iż-żona fil-Marsa fejn f’Jannar għandha ssir l-inawgurazzjoni tal-premises ġodda tal-klabb se tinbidel drastikament b’investiment li se jtejjeb l-ambjent tal-post.
Dan hekk kif illum, l-Awtorità tal-Ippjanar b’mod unanimu approvat il-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival, li b’investiment ta’ €5 miljun se jwassal ukoll għal titjib fl-ambjent tal-madwar.
Il-proġett jinkludi 26 maħżen flok dak li sal-lum kien magħruf bħala l-garaxx tal-Gvern. Se jkun hemm ukoll workshops għal min jaħdem fuq il-kostumi, min irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival kif ukoll post fejn jiltaqgħu l-bands.
Minbarra dawn il-faċilitajiet, il-post hu ntiż li jġib lejn iż-żona ammont ta’ turisti hekk kif fil-post se jkun hemm żoni b’informazzjoni dwar l-istorja tal-karnival, mużew, sala b’esperjenza multiviżwali, ħanut tas-souvenirs u kamra awdjoviżwali.
Il-proġett għandu jkun lest sa Ġunju 2019 u se jirriżulta wkoll f’iżjed żoni ta’ parkeġġ.
Ħalli Kumment