Fl-aħħar partita kontra Sampdoria Gianluigi Buffon kiser rekord ieħor bil-flokk iswed u abjad ta’ Juventus meta sar l-iktar plejer li lagħab minuti fis-Serie A.
F’dan l-artiklu se naraw ir-rekords kollha li n-numru wieħed ta’ Juventus kiseb.
- Huwa l-plejer bl-ikbar ammont ta’ minuti li lagħab bil-flokk ta’ Juventus f’partiti uffiċjali. It-total huwa ta’ 54,839 minuta fejn warajh fit-tieni post hemm Alex Del Piero bi 48,860 minuta.
- Huwa l-iktar plejer li lagħab bil-flokk ta’ Juventus fis-Serie A bit-total ta’ 39,706 minuti.
- Għandu l-ikbar ammont ta’ apparenzi fis-Serie A minn goalkeeper. Laħaq it-total ta’ 614-il partita.
- Huwa l-goalkeeper bl-iktar ammont ta’ minuti li dam biex isofri gowl għat-total ta’ 973 minuta (Staġun 2015-16).
- Buffon huwa l-iktar goalkeeper li dam biex isofri gowl għal 10 logħbiet konsekuttivi (Staġun 2015-16).
- 277 huwa n-numru ta’ partiti fejn Buffon ma sofriex gowl fis-Serie A. Fit-tieni post warajh hemm Dino Zoff bi tliet logħbiet inqas.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






