Il-midja internazzjonali qed tirrapporta dwar argument jaħraq bejn Juventus u Mariano Dybala, ħu l-attakkant Arġentin, wara żjara li saret fl-aħħar jiem f’Pariġi.
Jirriżulta li kollox beda wara post fuq Instagram mit-tfajla ta’ Mariano, li ilu minn Settembru jaġixxi bħala l-aġent tal-plejer. Skont rapporti, ir-ritratt minn Pariġi kixef li Mariano kien fuq żjara fi Franza.
Bil-plejer li ftit li xejn għaddej minn perjodu feliċi, jingħad li l-aġent mar jitkellem ma’ PSG biex joffrilhom lill-plejer.
Sors: Corriere della Sera
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






