Fl-aħħar jiem sar magħruf li Maurizio Arrivabene ma kienx se jinżamm bħala l-prinċipal tal-iskuderija Ferrari. Issa jidher li l-futur tiegħu jista’ jkun fi ħdan Juventus.
Dan hekk kif saru laqgħat, li kien ilhom skedati sa minn Diċembru, u li jistgħu jwasslu biex Arrivabene jieħu post Beppe Marotta bħala l-Amministratur Delegat tal-klabb.
Arrivabene ilu parti mill-Kunsill ta’ Amministrazzjoni ta’ Juventus sa mill-2012 u għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-marketing fejn fost oħrajn ħadem għal Philip Morris, fejn iltaqa’ ma’ Andrea Agnelli.
Juventus iqisu li Arrivabene hu l-ideali għax jattira diversi sponsors.
Sors: Il Giornale
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com