Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li ġie offrut ftehim ġdid mill-kumpanija AtoZ Electronics li permezz tiegħu se joffri diversi skontijiet u offerti lill-membri.
Bil-ftehim ġdid, il-membri kollha tal-klabb jistgħu jiffrankaw 20% fuq tiswijiet, skont ta’ 10% fuq apparat żgħir jew ta’ kura personali kif ukoll roħs ta’ 7% fuq Built-In appliancies u 5% fuq prodotti oħra. L-iskontijiet japplikaw fejn m’hemmx offerti oħra.
Il-ftehim japplika fil-ħwienet kollha ta’ AtoZ f’Ħal Qormi (Pavi), Ħ’Attard (Triq il-Pitkali u l-Imsida (Triq il-Wied). L-iskont japplika jekk il-membri jippreżentaw tessera tas-sħubija valida.