Fl-aħħar ġimgħat il-membri tal-Kumitat kienu għaddejjin b’ħidma kontinwa u fuq bażi volontarja biex isir ix-xogħol kollu li kien hemm bżonn li jsir fis-swali tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero.

Ma’ dan ix-xogħol saret ukoll ħidma importanti biex il-klabb ikun konformi mar-regoli tal-awtoritajiet tas-saħħa, inkluż tindif estensiv fiż-żoni kollha li l-membri jaċċessaw kif ukoll fl-apparat fosthom dak tal-arja kundizzjonata.

Kien hemm bżonn ukoll xogħol fis-sistemi li juża l-klabb, inkluż id-dawl, sawnd u servizzi oħra li bihom jixxandru l-logħob.

Ix-xogħol issa daħal fl-aħħar fażi tiegħu, li jfisser li l-klabb se jkun disponibbli mill-ġdid, bl-iktar mod sigur, fil-jiem li ġejjin. Il-Kumitat qed jimmira li l-klabb jiftaħ mill-ġdid matul il-ġimgħa d-dieħla.