Il-Kumitat javża li dawk li jixtiequ jattendu għal-logħba li jmiss taċ-Champions League iridu jibukkjaw post. Dan hekk kif il-klabb għadu qed josserva r-regoli ta’ distanza soċjali u ta’ sigurtà iktar u iktat fl-isfond taż-żieda riċenti fil-każi.

Dawk interessati huma mitluba jikkuntattjaw lit-tmexxija tal-JCMCB Bar & Grill fuq 7981 1133 u jipprovdu isimhom kif ukoll l-ammont ta’ persuni li se jpoġġu madwar l-istess mejda.

Infakkru li mil-lum iddaħħlu numru ta’ restrizzjonijiet ġodda u għalhekk il-klabb hu marbut li ma jaċċettax gruppi ta’ iktar minn għaxar persuni madwar l-istess mejda. Dan apparti li hemm limitu wkoll fuq l-ammont ta’ persuni li jistgħu jattendu.

Bħalma sar fl-aħħar ġimgħat, membri tal-Kumitat se jitolbu li jiċċekkjaw it-temepratura ta’ dawk li jattendu, iżommu kuntatt tal-persuni biex jintuża mill-awtoritajiet tas-saħħa f’każ ta’ bżonn kif ukoll jintalbu jiġu osservati regoli ta’ iġene u distanza soċjali.

Il-Kumitat ifakkar li. b’responsabbiltà, din is-sena ħassar ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet relatati mar-rebħ tal-kampjonat.