Jekk din is-sena issiħibt mal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero u għażilt li tissieħeb mas-sistema DOC, għandek tinfurmana sa nhar il-Ġimgha 26 t’Awwissu jekk għandek waħda minn dawn is-sħubijiet: Tessera del Tifoso, Juventus Premium Member jew J1897.
F’każ li għandek it-Tessera del Tifoso għandek tibgħat email bin-numru tagħha, li jikkonsisti fi 12-il numru. F’każ li għandek il-Juventus Premium Member jew il-J1897 li tiskadi wara t-30 ta’ Ġunju 2017, għandek tibagħtilna email bin-numru tal-card kif ukoll id-data tal-iskadenza.
Dawn l-emails għandhom jintbagħtu sa nofsinhar tal-Ġimgħa 26 t’Awwisu 2016 fuq info@juventusmalta.com
Grazzi,
Il-Kumitat.