Bejn l-2013 u l-2016 intnefqu 1.1 biljun dollaru (ekwivalenti għal madwar 980 miljun ewro) mill-klabbs fuq kummissjonijiet lill-aġenti tal-plejers. Minn dawn, 256 miljun dollaru (ekwivalenti għal 229 miljun ewro) intnefqu minn klabbs Taljani, inqas biss mill-klabbs Ingliżi.
Dwar dan l-amministratur delegat ta’ Juventus ikkummenta hekk: “Meta klabb iħabbatha ma’ klabbs oħrajn biex jixtri plejer, ikun kostrett jaċċetta li jħallas flejjes kbar li ma jagħmlux sens. Hemm bżonn li jiġi mmoderat ix-xogħol ta’ dawn l-aġenti, li huma serji imma eċċessivi fir-rikjesti tagħhom.”
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com