Beppe Marotta, Direttur Ġenerali ta’ Juventus, iddikjara li Juventus m’għandhomx għażla ħlief ir-rebħ tal-kampjonat.

“It-tieni post għalina jfisser telfa,” stqarr Marotta, fl-istess waqt li rrikonoxxa li l-objettiv din is-sena hu ieħor. “Iċ-Champions League għalina saret kważi ossessjoni. Wasalna darbtejn fil-finali fi tliet snin, iżda ma rbaħniex. Dan għandu jkun ta’ inkoraġġiment għalina u jixprunana biex nagħtu l-aqwa tagħna u nirbħu.”

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280